Ma’ Eddie fis-snin tal-“missjoni”


Richard Muscat
Richard Muscat was responsible for the Partit Nazzjonalista's broadcasted message during the 1981-1987 period. He subsequently served as an Ambassador.

Is-snin mill-1981 sal-1987, li fihom wettaqt il-missjoni politika tax-xandir tal-messagg politiku tal-Partit Nazzjonalista minn Ragusa, u s-snin ta’ wara li fihom kont imcahhad milli nirritorna f’pajjizi, kienu dawk li fihom personalment kont l-aktar vicin tieghu.

Ser nikkoncentra, ghalhekk, il-hsibijiet tieghi dwar Eddie Fenech Adami fuq kif nafu f’dawk is-snin.

Kien hu stess li fdali din il-missjoni politika delikata u difficli, izda daqstant iehor krucjali ghall-kampanja elettorali tal-1981, li giet miggielda f’ambjent politiku ostili, aggressiv  u mimli intolleranza. Meta dawn ix-xandiriet bit-televizjoni u r-radju gew imwaqqfin wara pressjoni politika tal-gvern socjalista Malti, bqajt inservi l-missjoni tal-PN minn Ruma. Stajt nirritorna bhala cittadin liberu biss wara l-elezzjoni generali tal-1987 li tat il-gvern lil PN b’Eddie bhala l-Prim Ministru.

Ir-rapport li kelli mieghu tul dawn is-snin kien wiehed specjali. Eddie kien l-ispirazzjoni politika tieghi; kien dak li l-aktar segwieni u appoggjani; kien bhal missier mimli inkwiet u thassib dwar l-inkolumita’ tieghi u dik tal-familja tieghi; kien jixprunani biex ma naqtax qalbi u biex nibqa nippersisti fil-battalja mimlija sagrificcji u cahdiet li gew fuqi u fuq il-familja; kien li speranza li tatna rebha elettorali u ritorn liberu f’pajjizi.

Minn naha l-ohra, ghal Eddie jien kont l-id il-leminija tieghu fil-missjoni tax-xandir; kont il-mezz li esprima b’mod konkret id-determinazzjoni tieghu u l-ghozza tal-liberta’. Is-success tal-operat tieghi kien ifisser is-success tal-inizjattiva u tal-istrategija tieghu; u r-riskju ta’ falliment kien ifisser ukoll riskju politiku ghalih. Fi ftit kliem Eddie u jien f’dawk is-snin partikolari u storici ghal PN konna nahsbu politikament bhal xulxin; kien rapport ta’ qisna haga wahda.

 

The author: Richard Muscat during an early broadcast on MTV Studiorama

The author: Richard Muscat during an early broadcast on MTV Studiorama

 

Tul dawk is-snin tal-missjoni politika ammirajt f’Eddie kwalitajiet sbieh bhal lealta’, bniedem tar-rispett, kura ta’ missier u fl-istess hin habib, l-umilta’, is-serjeta’ li tfisser impenn, sens ta’ dover, disponibilita’ u serenita’.  Rajt fih ix-xhieda hajja tal-politiku li ghalih  il-politika tfisser tassew li jservi.

Ammirajt il-hsieb politiku tieghu daqskemm laqatni immens li stil tieghu bhala personalita’.

Fil-mumenti l-aktar difficli, mimlijin tensjoni u provokazzjoni, li ghadda minnhom Eddie tul dawk is-snin, u li ghaddejt minnhom jien stess barra minn pajjizi, stajt nara f’Eddie is-serenita’ li kienet gejja minn forza kbira interjuri tieghu.

Kienu hafna l-mumenti li fihom hassejt il-piz tal-qaghda tieghi u dik tal-familja itaqqalni. Ix-xewqa kbira tieghi li ma nibqax imcahhad minn drittijieti u mill-gheziez tieghi kienet qawwija. Kont iffaccjat b’ghazliet umiljanti minn naha tal-gvern ta dak iz-zmien. Offrewli li nirritorna f’pajjizi bil-kundizzjonijiet marbutin mar-ritorn, li jiena chadthom bla diskussjoni. Ipprefejt li inzomm mal-principji tieghi milli incedi ghar-rikatt. Eddie kien mieghi anki f’din l-ghazla.

Mument krucjali ghalija u ghal familja tieghi kien meta l-attivita’ go Ragusa waqfet ghal kollox, u kont mistenni niehu decizzjoni bil-ghan li ninghaqad mal-familja mill-gdid. Kienet ghazla difficli: nirritorna Malta konxju mit-theddid ta habs jew riskju serju ta’ vjolenza fisika, jew immur Ruma fejn inkompli naghti sehemi ghall-kawza ta Malta u fl-istess hin nittrasferixxi l-familja f’din il-belt. Kull soluzzjoni kienet iebsa u riskjuza. Eddie, preokkupat hafna, taghni l-parir tieghu. Minhabba l-klima politika li kompliet tiggrava, iddecidejt favur is-soluzzjoni ta’ Ruma li fissret li kont kostrett  intawwal ic-cahda li nirritorna f’pajjizi bhala s-soluzzjoni bl-anqas diffikultajiet.

Kien hawnhekk li f’ittra bid-data tad-29 ta’ Gunju 1983, Eddie kitibli hekk:  “Kuragg. Ic-certezza tar-rebha finali tkabbar id-determinazzjoni u l-kuragg taghna u jien fir-rebha finali ma niddubitax, ghakemm ghad baqghalna kalvarju x’nitilghu. Imma bla kalvarju ma kienx ikun hem il-glorja tar-Resurrezzjoni, u pajjizna ghad jerga’ jkun sabih kif nixtequh ahna.”

Dan il-kliem ifissru tajjeb kif Eddie Fenech Adami, filwaqt li jhaddan id-dimensjoni spiritwali, ifassal il-progetti politici tieghu fuq vizjoni ta’ lajcita’ politika, tant prezenti fid-diskorsi memorabbli tieghu.

Kwalita’ sabiha ohra ta’ Eddie kienet il-pacenzja kbira.  Kien tenaci, espert tal-hajja, qatt impulsiv.

Din il-virtu’ indispensabbli f’Eddie kienet tispikka fil-mumenti l-aktar difficli meta l-provokazzjoni kienet tfisser riskju ghas-sistema demokratika. Mhux qed nifhem ghall- kalma u n-nervi ‘saldi’, izda dik il-pacenzja li izzomm hajja t-tama, li speranza. Minkejja l-kurrenti kontra huwa ma accettax id-dritt li jaqta’ qalbu kif jigrilna hafna drabi ahna. Kull meta kont inhoss il-piz tac-cahdiet itaqqalni, kliem bhal dawk tal-ittra tieghu kienu jimlewni bil-kuragg u bl-energija mill-gdid.

Bil-passagg tal-poter fl-1987, Eddie Fenech Adami warrab ghal kollox il-krizijiet kontinwi tal-era socjalista li matula kellna demokrazija bis-sulluzzu.  Huwa wettaq il-binja demokratika fuq bazi kompletament differenti minn dik mimlija incertezzi li wiret.

Eddie Fenech Adami kien il-protagonista ewlieni tal-binja ta’ Malta gdida. Kellu idea ta’ mhabba lejn pajjizna differenti minn dik tal-Prim Ministru Mintoff.

Kien patrijottismu ispirat minn ghazliet liberi u demokratici f’armonija bejn il-poplu u l-istituzzjonijiet. Patrijottismu serju, bla fanatizmu, solidu, b’kuntrast ma’ dak bombastiku, egocentriku, superficjali u isolanti ta’ qablu. Kien patrijottismu rispettuz tal-kulturi u d-diversita’ prezenti fis-socjeta’ Maltija tal-era Ewropea.

Mill-ajruport, fejn Louis Galea u l-ufficjali l-ohrajn, flimkien ma’ folla sabiha ta’ Maltin tawni merhba, Joyce u jien mat-tfal taghna, tlaqna dritt lejn Kastilja.

Tlajt it-tarag b’eccitament kbir. Kif rajt lil Prim Ministru Eddie Fenech Adami imdawwar bil-membri tal-kabinett tieghu, mohhi waqaf jahseb u l-kliem intilef. Il-holma issa saret realta’.  Il-Kalvarju wassalna ghar-rebha. Id-dehra tieghu bhala Prim Ministru halliet impressjoni qawwija. It-tghannieqa li tajna lil xulxin dak il-hin kienet tfisser hafna. Hassejtha balzmu ma’ ruhi u gismi. Kont wasalt lura fi hdanu bil-missjoni kompluta. Soddisfatt li qdejt dmiri b’lealta’ shiha lejn dak li wera fiducja shiha fija.