Twemmin politiku imsejjes fuq principji Nsara


Tonio Borg
Tonio Borg is a former European Commissioner for Health and Consumer and a former Minister in Eddie Fenech Adami’s cabinet.

Hemm hafna akkwisti li ghamel Eddie Fenech Adami ghall-partit u ghall-pajjiz. Rebbieh ta` hames elezzjonijiet generali, id-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-bini ta` socjeta`  moderna, mal-Punent, u ta` ekonomija hielsa izda b` direzzjoni socjali, il-modernisazzjoni tal-infrastruttura, b` progetti li ghadhom iservuna sal-lum. Izda ghalija l-akbar moment ta` Eddie Fenech Adami kien, meta quddiem il-kadavru ta` Raymond Caruana, maqtul il-Gudja fil-5 ta` Dicembru 1986, meta l-irjus kienu shan u kulhadd ried vendetta, Eddie sahaq li issa kien il-mument tal-prova u twettiq fil-prattika tal-principji insara li fihom dejjem emmen il-Partit Nazzjonalista .

 

Eddie Fenech Adami leads silent protest following the murder of Raymond Caruana

Eddie Fenech Adami leads a silent protest following the murder of Raymond Caruana

 

Trid il-kuragg, izda anki vizjoni  beiex tghid kliem bhal dawn. Hemm johrog il-karattu tal-bniedem fit-tensjoni u l-inkwiet; il-boxxla tat-twemmin politiku imsejjes fuq il-principjiu  tal-Kristjanezmu mhux talli Eddie ma warrabhomx izda poggihom fuq quddiem nett.

Niftakar il-frustrazzjoni matul il-hames snin u hames xhur (1981-87) misruqa  lill-PN milli jiggverna wara ir-rizultat pervers tal-elezzjoni ta` Dicembru 1981. Kien hemm min, anki fil-Partit, ried li il-Partit jiehu linja iktar iebsa ; izda Eddie b`determinazzjoni tieghu, b` mass meeting prattikament darba fix-xahar, bir-rezistenza passiva, bena moviment  shih ta` liberta li sab il-qofol tieghu  fir-rebha  elettorali tal-1987.

Jiena li hdimt mieghu mill-qrib ghal snin shah, fil-Partit u fil-Gvern, stajt ninnota li ghalkemm kien bniedem li jhoss u kellu u ghad ghandu s-sentimenti umani kbar, ma kien ihalli qatt li decizjoni jehodha fis-sahna tal-mument. Anzi waqt li uhud minna fil-Kabinett konna nirragunaw li mal-hagra it-tajn,  hu kien jirrifletti  iktar, jiehu il-linja li forsi hadd ma haseb fuqha jew hadd ma ra. Izda galadarba id-decizjoni kienet tittiehed, xejn ma  kien icaqalqu mill-posizzjoni li jkun ha wara riflessjoni.

Bejn 1981 u 1987 kienu snin ta` thejjija. Ebsin  anki jekk wiehed ihares lejhom b’ sens nostalgiku ghax huma storja ta` kif eluf ta` Maltin tmexxew minn bniedem wiehed, kalm, izda determinat. Il-kampanja ta` Rezistenza Passiva, il-bojkott lil Xandir Malta m` humiex l-azzjonijiet ta` bniedem dghajjef izda ta` bniedem sod. Meta il-permess ghal Mass Meeting fiz-Zejtun  gie ritirat mill-Pulizija , hu ma ghamilx irtirata. Anzi insista li kien se jmur il-Qorti biex jirbah id-dritt  li ma hawn ebda parti minn Malta li ghandha tbarri lill-poplu ta `pajjizna minnha . Il-Protesta  ta` Tal-barrani fil-30 at` Novembru 1986, kien att ta` kuragg kbir, posizzjoni soda ta `principju, li hadd ma hu barrani f` pajjizu lanqas fit-Triq tal-Barrani. Dan ghamlu b` riskju ghalih. Ma qaghadx wara. Qaghad quddiem nett flimkien mat-tmexxija tal-partit , biex jafferma id-dritt  ta`  kull Malti u Maltija li jwettaq dritt ewlieni,  dak tal-espressjoni, anki meta haddiehor illegalment kien qed jipprova jisfratta dik l-espressjoni .

It-twettiq  tal-hidma fil-Gvern bhala Prim Ministru kienu il-frott tat-thejjija iebsa fis-snin  tal-Opposizzjoni. Minkejja certi azzjonijiet fl-ewwel snin minn certi elementi kriminali  biex jipprovaw jiddistabilizzaw   il-pajjiz, hu baqa ` kalm. It-tieni rebha elettorali  sahhet idu u id il-Partit.

Il-kalma tieghu, u il-kliem tieghu fil-krizi tal-Gvern ta ` Alfred Sant (1996-98)  “that something has to give“ wrewh kemm kien igharaf ihares lejn il-futur u jipprevedih.

Ir-referendum segwit minn elezzjoni generali fil-2003 kienu mossa u tattika eccellenti  ta` bniedem li il-politika jaf ihaddimha tajjeb. Pogga il-kwestjoni tal-Ewropa, bhala kwestjoni ta` min trid fil-Gvern. U il-poplu wiegeb ghal din is-sejha  bi hgaru.

Bhal kull politiku  ghaqli, meta ra li il-progett ta` Malta fl-Ewropa kein sehh, hu li tant hadem ghall-partit u ghal pajjiz, wettaq l-ahhar snin tal-hajja attiva politika tieghu bhala Kap tal-Istat, fejn ghaqqad u mhux fired. Kien hemm min kellu dubbji kemm Prim Ministru  u Kap ta` partit ghal 27 sena kien ikun kapaci li ikun forza ta` ghaqda. Izda hekk kien. Ghadni niftakru idur kull belt u rahal ta` Malta u Ghawdex bhala President  u jistieden l-ghaqdiet kollha ghal djalogu mieghu. Ma kienx President  li jinghalaq fl-ufficcju, izda  wiehed attiv li ha il-kariga ta` simbolu tal-Istat  Malti bis-serjeta` ; dan stajt narah b’ ghajnejja jiena stess meta kont nakkumpanjah fiz- zjarat statali bejn 2008-2009 meta kont Ministru tal-Affarijiet Barranin. Kien u ghadu jgawdi rispett kbir minn diversi politici barranin. Kellu l-esperejnza twila bhala Prim Ministru  sabiex jippromwovi bhala kap tal-Istat dak kollu li hu Malti. Izda l-iktar li kien ihossu komdu kien meta kien jiltaqa`  mal-kommunitajiet Maltin barra minn Malta. Kien jindiehes maghhom, jismaghhom, ikellimhom u jiehu interess genwin f` dak li kienu ighidulu. Dan rajtu b` ghajnejja fl-2009 meta bhala President  hu zar l-Awstralja u iltaqa` mal-Maltin `t hemmhekk.

Eddie Fenech Adami kien, ghadu u jibqa` haj fil-memorji  ta` hafna Maltin. Ta` dawk li hadmu mieghu fil-qrib u ta` dawk li osservawh mill-boghod. Ma  xerred qatt il-mibeghda, anki meta il-mibeghda kienet diretta lejh. Ma xewwex qatt il-firda anki meta il-firda giet mxewxa fil-konfront tieghu. Ghadni niftakru hu u martu Mary hergin mid-dar taghhom Birkirkara dak in-nhar tal-meeting tas-Sibt 20 `t Ottubru 1979 wara li fil-15 t` Ottubru kienet giet attakkata il-familja tieghu `f`daru stess. Ebda kelma ta` vendetta, ebda kelma ta` firda jew mibeghda. Izda messagg ta` tama ghall-futur.

Dak il-futur rega` beda bis-sahha tieghu. Izda kien frott ta` tahbit , inkwiet u hidma ma taqta` xejn fis-snin tac-comb qabel l-1987, izda snin ta` formazzjoni tal-karattru bi thejjija ghal jiemu fil-Gvern.