Kburi li Nazzjonalist




Nghid il-verita li kont aktar inklinat li Guido De Marco jkun il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wara George Borg Olivier. Lil Guido ghadni nuri l-akbar stima lejh bhala personagg kbir fl-istorja ta’ Malta u l-Ewropa. Pero, b’Eddie Fenech Adami bhala Kap tal-partit u bhala Mexxej tal-pajjiz, Malta ghamlet il-mirakli. Dan kollu dovut ghall-Eddie li bhala statista mexxa lil Malta miz-zmien id-dlam ghall pajjiz modern u l-ghira ta’ pajjizi ohra. Fenech Adami hu pedina importanti fil-kullana ta’ mexxejja Nazzjonalisti wara Fortunato Mizzi, Ugo Pasquale Mifsud, Enrico Mizzi, u Gorg Borg Olivier. Wara Eddie, Lawrence Gonzi mexxa l-pajjiz minn zmien iebes fid-dinja kollha u rnexxilu jzomm lil Malta b’finanzi sodi u futur tajjeb. Illum nahseb li Simon Busuttil ghandu l-istess karatteristici ta’ Eddie u perswas li hu ser ikun il-Prim Ministru ta’ Malta li jista jerga jgholli isem Malta fil-livell li jixraqlu. Ta’ dan kollu nghid Grazzi Eddie.